Sat-30 ta’ Ġunju 2021 Chelsea, rebbieħa taċ-Champions League 2021 ħabbru telf ta’ £145.6 miljun wara t-taxxa. Il-fatturat ta’ Chelsea żdied minn £387.8 miljun għal £416.8 miljun dovut għal żieda minn dħul ta’ drittijiet televisivi . Indikazzjoni hi li l-partiti mingħajr spettaturi minħabba Covid-19 u tnaqqis fil-profitt fuq il-bejgħ tal-plejers kienu r-raġunijiet ewlenin għat-telf. Chelsea FC PLC bħala Kumpanija kummer1jali qed tkompli tkun mgħejjuna finanzjarjament minn Fordstam Limited, kumpanija proprjetà ta’ Roman Abramovich – b’konferma fil-kontijiet li l-klabb għandu jagħti aktar minn £1 biljun lil kumpaniji relatati .
Fil-kontijiet jidher wkoll li l-kumpanija tiddependi fuq Fordstam Limited għall-appoġġ finanzjarju kontinwu. Chelsea kkonfermaw li taħt xenarju negattiv sever iżda plawsibbli ta’ futbol li qed jintlagħab bil-bibien magħluqa f’Diċembru 2021 u Jannar 2022 ikun jiddependi fuq fondi addizzjonali minn Chelsea FC PLC, b’fondi ulterjuri meħtieġa jekk l-impatt finanzjarju ta’ Covid-19 ikun saħansitra aktar severi. Fil-kontijiet ta’ Chelsea hemm wkoll £24.1 miljun dovuti minħabba kwistjonijiet legali kontinwi mhux speċifikati – filwaqt li l-klabb iddeċieda wkoll li telf ta’ £17.9 miljun kien meħtieġ kontra l-valur tal-iskwadra. Chelsea mit-30 ta’ Ġunju ffirmaw tliet plejers għal total ta’ £109.7 miljun , l- attakkant Romelu Lukaku, il- goalkeeper Marcus Bettinelli u l-midfielder Saul Niguez, b’self mingħand Atletico Madrid.
//= $special ?>