Fil-jiem li ġejjin, il-Malta Football Association – 1900 se tlaqqa’ l-Kumitat Eżekuttiv biex tittieħed deċiżjoni dwar it-talba tal-Malta Professional Football Clubs Association – MPFCA biex il-Kampjonat Premier ikun pospost sas-17 ta’ Jannar.L-aħbar tasal hekk kif dalgħodu l-MFA laqqgħet lill-klabbs tal-Kampjonat Premier biex tkun diskussa s-sitwazzjoni attwali fi ħdanhom.
Id-diskussjoni kellha l-iskop li tingħata informazzjoni dwar l-ammont ta’ plejers tal-Premier li huma pożittivi għall-COVID-19 jew fi kwarantina, il-pjan tal-MFA dwar l-ippjanar tal-kumplament tal-istaġun kif ukoll materji organizzattivi u mediċi.Il-laqgħa saret ukoll fl-isfond ta’ deċiżjoni tal-awtoritajiet tas-saħħa li jitnaqqas il-perjodu ta’ kwarantina għal persuni li ħadu l-booster. Din hi miżura li laqgħuha kemm l-MFA kif ukoll il-klabbs membri.Għal-laqgħa kien hemm preżenti wkoll id-Direttur Mediku tal-MFA, it-tabib Kriill Micallef Stafrace.
//= $special ?>