Ghislaine Maxwell instabet ħatja li għamlet reklutaġġ u traffikar ta’ numru ta’ tfajliet sabiex ikunu abbużati sesswalment mill-Amerikan Jeffrey Epstein.
Il-mara ta’ 60 sena instabet ħatja fuq 5 minn 6 akkużi miġjuba kontriha, f’Qorti f’New York…fosthom l-agħar akkuża – traffikar ta’ minorenni għal skopijiet sesswali.
Dan kollu jfisser li l-kumplament ta’ ħajjet il-Brittanika se tkun qed tgħixu f’ċella.
Il-verdett wasal wara ġuri ta’ xahar fejn instemgħu għadd ta’ xhieda minn diversi nisa li ddeskrivew kif kienu jiġu abbużati minn Epstein, illum mejjet, bejn l-1994 u l-2004.
Maxwell qatt ma uriet xi tip ta’ emozzjoni waqt li kien qiegħed jinqara l-verdett għajr niżlet boqqa ilma.
