Wara li l-Gvern ma ċaħadx stejjer li ħarġu fil-media, li jikkonfermaw li fil-Life Sciences Park hemm magna li tista’ tipproduċi l-kimika tal-PET scan u li mhux tintuża, il-Partit Nazzjonalista qed jitlob spjegazzjoni mingħand il-Gvern.
Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista qal li jidher li dan l-apparat inxtara minn Vital Global Healthcare, iżda Steward għaddietu lill-Gvern. Dan l-apparat jgħin biex pazjenti morda bil-kanċer ma jistennewx li l-kimika tal-PET scan tasal mill-Italja.
F’dawn l-aħħar ġimgħat bosta pazjenti tal-kanċer tħassrulhom interventi għax ma setax isirilhom PET scan, temmet tgħid l-istqarrija.
//= $special ?>