Il-Pulizija qed twissi lill-pubbliku dwar numru ta’ SMSs foloz li permezz tagħhom numru ta’ persuni ġew frodati eluf ta’ ewro.
Dan wara li rċevew numru ta’ rapporti sostanzjali b’dan l-iscam ġdid li qed jiċċirkola. B’kollox il-vittmi ġew frodati aktar minn €10,000.
Dan hekk kif xi persuni mhux magħrufa qed jagħmluha ta’ bir-ruħhom li huma mill-Maltapost jew xi tip ta’ kumpaniji oħra li jagħmlu deliveries tal-posta u jitolbu lill-vittmi tagħhom biex iħallsuhom biex iwaslulhom dak l-oġġett li jkunu qed jistennew.