L-awtoritajiet Taljani ħabbru li minn Jannar, il-kwaratina se tkun qed titneħħa kompletament għal dawk li jkunu ġew f’kuntatt ma’ xi ħadd pożittiv iżda jkunu mlaqqam bil-booster. Dan jgħodd ukoll għal min tlaqqam riċentament.
L-aħbar waslet hekk kif l-istess awtoritajiet imponew il-Green Pass għal dawk kollha li jużaw it-trasport pubbliku, biex tidħol f’lukanda, pixxini u ristoranti, tattendi fieri jew impjanti turistiċi li jwasslu għall-muntanji. Fl-istess waqt, ġie deċiż li l-attendenzi fl-istadiums jitnaqqsu bin-nofs.
Fil-vot li ttieħed ilbieraħ, il-Parlament Taljan ħaseb biex isib bilanċ bejn ir-restrizzjonijiet preżenti u s-saħħa ekonomika tal-pajjiż. Għaliex b’dan ir-rittmu…l-Italja kienet se tispiċċa f”mini-lockdown’ daqs kemm kien kbir l-ammont ta’ nies fi kwarantina għaliex ġew f’kuntatt ma’ xi ħadd pożittiv.
Issa, dawn l-individwi qed ikunu obbligati jilbsu l-maska (tat-tip Ffp2) għal ġimgħa sħiħa
Bħalissa, il-kwaratina massima fl-Italja hi ta’ 10 ijiem.
Intant, il-Parlament Taljan qabel ukoll li jillimita l-prezzijiet tal-maskri protettivi, minħabba li fl-aħħar ġimgħat kien innotat abbuż – speċjalment fil-prezz tal-maskri Ffp2.
Mhux ċar x’se jiġri dwar it-tkomplija tas-sena akkademika, bl-istudenti Taljani mistennija jirritornaw fuq il-bankijiet tal-iskola fl-10 ta’ Jannar.
//= $special ?>