Rebecca Welch, li għandha 38 sena se tkun l-ewwel mara li se tikkontrolla logħba mit-Tielet Rawnd tal-F.A. Cup tal-irġiel meta fit-8 ta’ Jannar li ġej se tkun qed tirrefja l-konfront bejn Birmingham City u Plymouth Argyle. Welch, li hija minn Tyne and Wear, diġa’ kkontrollat logħbiet tal-irġiel fin-National League fl-Ingilterra kif ukoll logħbiet importanti tan-nisa, inkluż il-Finali tal-F.A. Cup bejn Birmingham City u Manchester City fl-2017.
Welch saret referee kkwalifikata fl-2010 filwaqt li kompliet ix-xogħol tagħha bħala amministratur fl-NHS sa sentejn ilu. F’April li għadda hija kkontrollat ukoll il-partita minn League Two bejn Harrogate u Port Vale biex imbgħad wara din l-esperjenza ddaħħlet fil-lista tal-EFL National Group tal-futbol professjonali tal-irġiel.
//= $special ?>