Sport Sport Ieħor

Robert Lewandowski u Elaine Thompson Herah jirbħu l-isportivi tas-sena tal-AIPS

529 ġurnalist minn 114 pajjiż membri affiljati mal-Assoċjazzjoni Dinjija tal-Ġurnalisti tal-Isport – AIPS taw il-verdett tagħhom fl-għażliet tal-atleti tas-sena, tim tas-sena u l-aħjar faċilitajiet għal media f’avventimenti internazzjonali.

L-attakkant ta’ Bayern Munich u l-Polonja, Robert Lewandowski b’435 vot rebaħ il-kategorija Sportiv tas-sena kontra it-349 vot miksuba mir-rebbieħ tal-Kampjonat tal-Formula 1 Max Verstappen. Fit-tielet post spiċċa Lionel Messi l-attakkant tal-Argentina u PSG bi 314 il-vot.

Il-kategorija sportiva tas-sena intrebħet mill-atleta tal-Jamaica Elaine Thompson Herah b’total ta’ 605 vot. Fit-tieni post spiċċat il-plejer tal-football Alexia Putellas b’490 vot filwaqt li fit-tielet post l-atleta Yulimar Rojas bi 346 vot.

It-tim Nazzjonali Taljan tal-futbol immexxi minn Roberto Mancini rebbieħa tal-Kampjonat tal-Ewropa tal-UEFA rebħu l-kategorija tat-tim tas-sena b’767 vot kontra l-503 voti miksuba minn Bayern Munich u l-459 vot miksuba mit-tim Nazzjonali tal-Argentina rebbieħa tal-Copa America.

Il-Kumitat Organizattiv tal-Olimpijadi u Paraolimpijadi ta’ Tokyo 2020 rebħu l-kategorija għall-aħjar facilitajiet provduti lil ġurnalisti. Tokyo 2020 kisbu 1453 vot kontra it-899 vot miksuba mill-organizazzjoni tal-Kampjonat tal-Ewropa tal-Football tal-Uefa – Euro2020