Sport Sport Ieħor

Vladimir Putin u Alexander Luakshenko fl-istess team f’partita tal-hockey fuq is-silġ

F’San Petroburgu fir-Russja żewġ plejers li mhux normalment narawhom fir-rink tal-hockey fuq is-silġ.

Il-President Russu Vladimir Putin u l-kontroparti tiegħu tal-Belarus Alexander Lukashenko kienu fl-azzjoni f’partita hockey fuq is-silġ fi tmiem ta’ taħditiet diplomatiċi li seħħew bejniethom.

Iż-żewġ presidenti lgħabu fl-istess tim, bi Vladimir Putin jieħu l-flokk numru 11 u Lukashenko bil-flokk numru 1.

Għal partita ingħaqad magħhom ukoll iben il-president tal-Belarus Nikolai Lukashenko.

Il-partita ssir fl-arena tas-silġ tal-iskola sportiva tat-tfal u taż-żgħażagħ Manezh fi Strelna, qrib San Pietruburgu.

Xi plejers famużi tal-hockey Russi fosthom Vyacheslav Fetisov, Valeri Kamensky, Alexei Kasatonov, jieħdu sehem ukoll fil-partita.