Internazzjonali

Żomm idejk fuq l-isteering – Sewwieqa jmissu ‘l hemm u ‘l hawn aktar minn 20 darba fis-siegħa

Is-sewwieqa jmissu wiċċhom medja ta’ 26 darba f’siegħa waqt li jkunu qed isuqu.

Riċerka li twettqet fl-Università ta’ Nottingham, fir-Renju Unit, uriet li kull tmesmisa ddum madwar 4 sekondi…f’xi waqtiet mingħajr lanqas biss jintebħu li qed jagħmluha.

L-aktar li s-sewwieqa missew kien wiċċhom, b’aktar minn 79% segwit mix-xagħar, l-għonq u saħansitra l-ispallejn.

Dan filwaqt li jmissu ‘l hinn u ‘l hawn…nofshom iduru lejn imneħirhom, xofftejhom jew għajnejhom…medja ta’ kull 5 minuti.

Esperti saħqu li dan kollu jitwettaq minn sewwieqa ta’ kull sess u età…kważi kważi b’mod awtomatiku għaliex skonthom, persuna tkun trid testerna l-attenzjoni li jkollha fit-triq u dan jissarraf f’ħakk u tmesmis. Huma saħqu li huwa importanti li dak li jkun iżomm idejh fuq l-istirring…kemm minħabba sigurtà kif ukoll minħabba iġene.