Wara li fil-ħames jum ipprovdut għan-nominazzjonijiet, ebda kandidatura ma ġiet ippreżentata għall-elezzjoni każwali tal-Membru Parlamentari li suppost għandu jieħu post Silvio Grixti… huwa evidenti li għal darb’oħra se jkun hemm co-option oħra fi ħdan il-Gvern Laburista.
Il-Membru Parlamentari tal-Labour Silvio Grixti kien irreżenja b’effett immedjat mill-Parlament wara li kien interrogat mill-Pulizija, b’ħafna issa qed jippruvaw ibassru min se jkun il-magħżul ta’ Robert Abela li jieħu dan il-post vakat fil-Parlament.
//= $special ?>