“Id-deċiżjoni dwar jekk l-eżamijiet tal-Università hux se jkunu qed isiru online jew fil-lecture rooms se tittieħed qabel jibdew l-eżamijiet.”
Kienet din l-istqarrija li ta r-rettur tal-Università, Alfred Vella mal-gazzetta The Malta Independent hekk kif numru ta’ studenti jinsabu mħassba għall-fatt li għadha ma ttihdietx deċiżjoni dwar kif se jkunu qed isiru l-eżamijiet.
Dan kollu fid-dawl li jum wara l-ieħor qed inkompli naraw rekord wara ieħor ta’ każijiet ġodda tal-virus f’pajjiżna.
Vella qal li l-Unviersità għaddejja b’diskussjonijiet mal-Awtoritajiet tas-Saħħa biex jintlaħaq qbil dwar x’għandha tkun l-aħjar deċiżjoni għas-sigurtà u l-edukazzjoni tal-istudenti.
Fl-aħħar jiem, numru ta’ organizzazzjonijiet appellaw lill-Università ta’ Malta biex l-eżamijiet jinżammu kollha online hekk kif hemm possibilità kbira li numru ta’ studenti jinqabdu fi kwarantina obligatorja u ma jkunux jistgħu jattendu b’mod fiżiku l-eżamijiet li jkollhom.
Dan filwaqt, li l-KSU qalu li mhux loġika li ammont kbir ta’ studenti jispiċċaw jagħmlu l-eżamijiet tagħhom f’Settembru, anke jekk dawn ma jsirux f’forma ta’ resit.
Numru ta’ studenti qed jisħqu li dan il-perjodu qed jispiċċaw iwassalhom biex minflok jistudjaw għall-eżamijiet li jinsabu ftit ġimgħat ‘il bogħod, minflok qed jinkwetaw dwar saħħithom meta jaħsbu li possibilment se jispiċċaw jagħmlu l-eżamijiet fil-lecture rooms minflok online.
Ir-rettur, minn naħa l-oħra argumenta li ċertu eżamijiet ma jistgħux isiru online hekk kif uħud mis-suġġetti jirrikjedu li l-istudenti jiġu eżaminati skont kemm jiftakru bl-amment… liema eżaminazzjoni ma tistax issir jekk l-eżamijiet isiru online hekk kif wieħed jista’ juża’ il-kotba b’referenza.
Id-deċiżjoni finali dwar dan mistennija toħroġ fil-ġranet li ġejjin.
//= $special ?>