Lokali

Illum Albert Fenech se jkun qed jingħata l-aħħar tislima

Illum il-Professur Albert Fenech se jkun qed jingħata l-aħħar tislima fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Nikola fis-Siġġiewi. Il-funeral se jkun qed jibda fis-1.45pm.

Fenech kellu 70 sena u mill-ewwel informazzjoni jidher li huwa nstab mejjet f’daru u li l-kawża tal-mewt x’aktar hija waħda naturali.

Huwa serva bħala Membru Parlamentari mal-Partit Nazzjonalista bejn l-2013 u l-2016.