Lokali Temp

Kif se jkun it-temp fl-ewwel jiem tas-sena 2022?

L-ewwel jum tas-sena l-ġdida dik tal-2022 mistenni jkun wieħed mill-iktar sħan għall-Gżejjer Maltin, hekk kif l-ogħla temperatura mistennija titla’ għal 20°C.

L-Uffiċju Meterjoloġiku qal fi stqarrija li l-ewwel jum tas-sena 2022 mistenni jkun xemxi u bla xita, bit-temperaturi bejn il-Ġimgħa u l-Ħadd se jvarjaw bejn l-20°C u l-11°C.

L-iktar bidu sħun għal sena ġdida kien irreġistrat fl-1 ta’ Jannar 1985, meta ntlaħqet temperatura massima ta’ 20.2°C, li hija viċin ta’ dik imbassra għas-Sibt li ġej.

Il-bqija tal-ġimgħa se tkun ikkaratterizzata minn temperaturi iktar baxxi, b’temperaturi għoljin li jilħqu 18°C u 17°C.

Bejn is-Sibt u l-Ħadd, it-temperaturi mistennija jinżlu sa 11°C jew 12°C, il-Ħadd mistenni li jkollu l-aktar temperatura baxxa tul il-lejl.

Ir-riħ pjuttost qawwi li qed jaffettwa lill-Gżejjer Maltin li kkaraterizza l-ġranet tal-aħħar tas-sena 2021 mistenni jbatti b’mod gradwali matul il-jiem li ġejjin.

Riħ ta’ Forza 3 mit-Tramuntana se jsir mill-Majjistral it-Tramuntana, qabel ma jerġa’ jitqawwa biex jilħaq Forza 4 sa 5 nhar is-Sibt. Nhar il-Ħadd, riħ iktar kalm ta’ Forza 2 sa 3 mistenni jonfoħ mill-Punent Majjistru, u jsir varjabbli sa filgħaxija.