Għaddejjin l-aħħar preparamenti biex fi ftit sigħat oħra ssir maratona ġbir ta’ fondi b’risq id-Dar tal-Providenza bl-isem ta’ ‘Festa ta’ Ġenerożità’.
Dun Martin spjegalna l-ispettaklu li se jkun hemm tul il-maratona ġbir ta’ fondi, fosthom kant, u l-banda tal-Pulizija filwaqt li l-Arċisqof ta’ Malta, Charles J. Scicluna se jkun qed iqaddes quddiesa fid-Dar tal-Providenza, liema quddiesa se tixxandar fuq it-televiżjonijiet lokali.
Il-maratona, li se ssir fl-Ewwel tas-Sena, se ssir mill-istudios ta’ WE, f’Ħal Qormi biex b’hekk ir-residenti u l-ħaddiema tad-Dar tal-Providenza ma jkunux daqstant esposti għall-virus.
Il-ħaddiema, voluntiera, u residenti ġew affetwati mhux ftit mill-pandemija tal-COVID-19 hekk kif, fost l-oħrajn, ir-residenti kellhom iqattgħu xhur sħaħ ‘il bogħod minn dawk għeżież għalihom.
U wara kollox, Fr. Martin għadda appell għall-għajnuna lill-pubbliku hekk kif fix-xhur tal-pandemija, id-donazzjonijiet u fondi naqqsu drastikament kawża tan-nuqqas ta’ attivitajiet li ma setgħux isiru bħal snin passati.I
Il-maratona li se ssir bejn bejn nofsinhar u nofsillejl se tixxandar fuq l-istazzjonijiet ewlenin, fosthom Net Television.
//= $special ?>