Edukazzjoni Lokali

L-istudenti fil-klassi fl-10 ta’ Jannar; fis-6 u 7 ta’ Jannar se jkollhom lezzjonijiet online

L-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi se jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom għat-tieni term skolastiku b’mod online fid-data rispettiva tagħhom u fiżikament fuq il-bankijiet tal-iskola mill-10 ta’ Jannar. Ic-childcare centres se jiftħu wkoll fl-istess jum. Dan kien imħabbar mill-Ministeru għall-Edukazzjoni permezz ta’ stqarrija wara laqgħa li saret illum li damet erba’ sigħat.

Intqal li s-sitwazzjoni preżenti fl-iskejjel u fil-klassijiet se tibqa’ tiġi evalwata minn jum għal ieħor skond il-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa.

Il-laqgħa tal-lum saret ma’ rappreżentanti mit-tliet setturi edukattivi: l-istat, il-knisja u l-iskejjel indipendenti, flimkien mal-unions tal-għalliema.

L-Università ta’ Malta se tiftaħ il-bibien b’mod normali għas-sessjonijiet ta’ tagħlim prattiku fit-3 ta’ Jannar.