Tul il-jum tal-Ħamis, rapporti f’Iżrael qalu li kien irreġistrat l-ewwel każ ta’ dak li qed ikun imsejjaħ ‘flurona’ – infezzjoni kemm bil-Covid-19 kif ukoll bl-influwenza.
Skont rapporti fuq il-midja internazzjonali, l-infezzjoni doppja ġiet identifikata f’mara li kien se jkollha tarbija din il-ġimgħa.
Il-Ministeru tas-Saħħa f’Iżrael qal li l-awtoritajiet qed jeżaminaw l-każ, u qal li għadhom iridu jiddeterminaw jekk it-taħlita taż-żewġ viruses tikkawżax mard aktar sever.
L-uffiċjali tas-saħħa qalu li bħalissa qed jistmaw li ħafna pazjenti oħra wkoll għandhom iż-żewġ viruses iżda s’issa għad ma hemmx renidkont tagħhom.
//= $special ?>