“Qabel ma ntlaħħqu dawn il-każijiet kollha, kien hemm problema diġà ta’ ħaddiema u piż fuq is-settur”
Hekk saħqet il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-SMEs Abigail Mamo f’intervista li kellha mas-sit Newsbook fejn qalet li uħud min-negozji kellhom jagħlqu temporanjament minħabba li ma kellhomx biżżejjed ħaddiema jew joffru servizz limitat li mhuwiex tal-istess livell ta’ qabel il-pandemija.
Hija saħqet li jeħtieġ l-miżuri preżenti jeħtieġ li jkunu osservati u li fuq kollox ikun hawn il-liġi mħarsa mill-awtoritajiet.
Tul l-intervista hija qalet li qed titkellem ma’ nies, li huma mlaqqmin kompletament, li mhux qed jarawha ġusta li jkollhom jagħmlu kwarantina u jħassru l-pjanijiet tagħhom minħabba li ġew f’kuntatt ma’ persuna pożittiva għall-Covid-19 għalhekk hija qalet li l-Kamra tal-SMEs tixtieq tara aktar miżuri li jkunu ta’ inċentiva akbar għall-persuni li jkunu tlaqqmu.
//= $special ?>