Lokali

“Robert Abela jrid idawwar lilu nnifsu b’yes men” – PN

Il-Partit Nazzjonalista qed jisħaq li l-fatt li ħadd mill-kandidati tat-tielet distrett mhu ser jikkontesta l-bi election għall-post vakat minn Silvio Grixti, turi kemm ma Robert Abela ma tistax taħdem, jekk ma tkunx ta’ ġewwa nett.

Fi stqarrija, il-Partit qal li llum huwa ċar li Robert Abela ma jemminx fil-proċess demokratiku u jrid jdawwar lilu nnifsu b’yes men li għażel hu u huma iktar leali lejh milli lejn il-poplu u l-kostitwenti. Diġa għamilha erba’ darbiet, u ser jerġa jagħmilha għal ħames darba.