Lokali

Aġġornata: Doris Micallef ittajret u tilfet ħajjitha waqt li kienet sejra l-quddies

Anzjana tilfet ħajjitha wara li ttajret minn vettura fi Triq Giovanni Barbara, il-Ħamrun għall-ħabta tal-5.30 tal-bieraħ filgħaxija.

Fuq il-post tal-inċident issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei biex jassisti lill-vittma ta’ 80 sena residenti l-Ħamrun stess wara li ttajret minn vettura misjuqa minn raġel ta’ 46 sena residenti Santa Venera.

Iktar tard, l-anzjana ttieħdet l-Isptar għall-kura fejn ġiet ċċertifikata li kienet f’qagħda serja. Sfortunatament, hi tilfet ħajjitha matul il-lejl.

L-anzjana ġiet identifikata bħala Doris Micallef li sorsi ta’ Net News qalulna li hi ntlaqtet minn karozza meta kienet fi triqtha għall-quddies.

Il-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.