Ċittadin tal-Korea t’Isfel irnexxielu jaqsam lejn il-Korea ta’ Fuq komunista u fejn għadda minn wieħed mill-aktar fruntieri fortifikati tad-dinja.
L-intenzjonijiet tiegħu ma kenux magħrufa u filwaqt li ħarġu s-suldati jfittxuh, l-awtoritajiet f’Seoul ma kellhomx informazzjoni jekk iċ-ċittadin, fil-fatt, baqax ħaj jew mejjet. Mhux eskluż, intant, li ċ-ċittadin kellu l-intenzjoni ċara li jaħrab lejn il-Korea komunista u fejn irnexxielu jiżgiċċa lill-militar tal-Korea t’Isfel.
Intant, l-Armata tal-Korea t’Isfel bagħtet messaġġ lill-Korea ta’ Fuq biex iċ-ċittadin – f’każ li għadu ħaj – jingħata l-protezzjoni dovuta.
Il-Korea t’Isfel u l-Korea ta’ Fuq huma separati miz-Zona Demilitarizzata u meta l-gwardjani komunisti mal-fruntiera ngħataw direttivi biex jisparaw fuq kulmin jaġixxi b’mod suspettuż fiz-zona inklużi n-nies li jippruvaw jaqsmu l-fruntiera.
//= $special ?>