Internazzjonali

Kważi 8,000 titjira fid-dinja ġew imħassra fil-perjodu tal-Milied

Kważi 8,000 titjira ġew imħassra madwar id-dinja fl-aqwa tal-istaġun tal-Milied minħabba l-Covid-19 u t-temp ħażin.

Skont Flightaware.com, li jsegwi t-tluq tat-titjiriet, id-dewmien u l-kanċellazzjonijiet, 1,639 titjira oħra ġew ikkanċellati nhar it-Tnejn bi ftit inqas minn terz jaffettwaw l-Istati Uniti biss. Numru sinifikanti ta’ kanċellazzjonijiet laqtu wkoll liċ-Ċina. Skont l-istess sit, 2,500 minn dawk imħassra kienu mill-Istati Uniti.

Il-kanċellazzjonijiet ikkawżaw problemi kbar, u kkawżaw aktar ansjetà u inċertezza wara li l-istaġun tal-vaganzi tas-sena 2020 kien affettwat serjament mill-pandemija.

Il-linji tal-Arju qed ibatu minn problemi ta’ nuqqas ta’ ekwipaġġ minħabba li l-cabin crew u l-piloti qed jinqabdu fi kwarantina.