Lokali Unjoni Ewropea

L-2022 timmarka 20 sena mill-introduzzjoni tal-Ewro

Il-bidu tal-2022 timmarka 20 sena mill-introduzzjoni tal-Ewro, bl-ewwel muniti u karti tal-Ewro jibdew jiċċirkulaw fl-ewwel 12-il pajjiż.

L-idea għal muniti ġodda nibtet fis-sebgħinijiet bħala forma ta’ integrità bejn il-pajjiżi membri fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Barra dan, il-muniti kienu mezz kif il-kummerċ ikun faċilitat u wkoll tagħti lill-kontinent mezz ta’ kompetizzjoni mad-dollaru, liema munita hi ferm b’saħħitha.

Dan it-tibdil kien ifisser li ċ-ċittadini kellhom iwarbu muniti oħra, fosthom dawk Franċiżi u l-lira.

Fil-bidu tal-introduzzjoni ta’ din il-munita l-ġdida, ħafna beżgħu li din kienet se ġġib magħha żieda fil-prezzijiet tal-prodotti iżda statistiċi uffiċjali juru li l-munita ġabet magħha inflazzjoni stabbli.

Ta’ kull sena, il-Kummissjoni Ewropea toħroġ evalwazzjoni ta’ rekomandazzjoni għal kull pajjiż li għandu l-Ewro biex itejbu l-ekonomija tal-pajjiż.

Illum il-ġurnata, il-muniti tal-Ewro tintuża minn madwar 340 miljun persuna fi 19-il nazzjon, fosthom Malta stess, bl-introduzzjoni tal-Ewro f’pajjiżna seħħet fl-2008.

UPSOUND (Malta Ewro)

Fis-snin li ġejjin, tliet pajjiżi li jiffurmaw parti mill-Unjoni Ewropea, il-Bulgarija, il-Kroazja u r-Romanija, mistennija li wkoll idaħħlu l-Ewro.

Ħafna jemmnu li l-Ewro għenet lill-Ewropa biex tevita katastrofi ekonomika matul il-pandemija tal-COVID.

20 sena ilu… eżatt mat-tokki ta’ nofsillejl għal sena ġdida… il-kontinent xegħel bi spettaklu pirotekniku, mużika u dwal b’ċelebrazzjoni għall-ikbar tibdil fl-istorja f’numru ta’ pajjiżi b’rabta mal-munita.