Hi tfajla Pollakka l-vittma ta’ dak li qed jitqies bħala l-ewwel omiċidju tas-sena – bil-Pulizija tinvestiga l-possibbiltà li t-tfajla sfat abbużata minn xi ħadd qabel tħalliet għal mejta fi Ġnien l-Indipendenza f’Tas-Sliema.
B’rabta mal-każ, hemm raġel Malti li qed jiġi nterrogat mill-Pulizija.
Dan il-każ xokkanti seħħ fl-ewwel lejl tal-2022, għalkemm il-katavru nstab kmieni dalgħodu minn persuni li kienu għaddejin tul il-promenade ta’ Tas-Sliema kmieni filgħodu għall-ħabta tas-6:20am. Il-vittma instabet kważi bla ħwejjeġ, taħt ħajt u f’għadira demm.
Iz-zona kollha fejn instab il-katavru ġiet magħluqa mill-Pulizija sakemm saret analiżi mill-esperti forensiċi.
Sorsi li tkellmu ma’ Net News qalu li l-vittma hi oriġinarjament minn Wroclaw, u għandha 29 sena. Għalkemm l-isem tagħha għadu jrid ikun konfermat.
Jirriżulta li t-tfajla kienet tgħix Tas-Sliema stess.
//= $special ?>