PSG ħabbru li l-attakkant Arġentin Lionel Messi huwa pożittiv għall-Covid-19 u għalhekk se jkun qed jitlef il-partita ta’ PSG kontra Vannes fit-Tazza Franċiża. PSG se jkunu wkoll mingħajr Juan Bernat, Sergio Rico u Nathan Bitumazala li wkoll ttestjaw pożittivi għall-Coronavirus.
Fi Franza, minn għada t-Tnejn, players li jittestjaw pożittivi għall-Covid-19 iżda li huma vaċċinati, huma obbligati li jsegwu 7 t’ijiem f’iżolament, filwaqt li jitħallew joħorġu mill-kwarantina wara 5 t’ijiem, jekk jippreżentaw test negattiv.
//= $special ?>