L-attakkant Belġjan Romelu Lukaku tħalla barra mill-iskwadra ta’ Chelsea għall-partita kontra Liverpool, wara l-kummenti li ta f’intervista aktar kmieni din il-ġimgħa. F’intervista ma’ Sky Italia, Lukaku stqarr li m’huwiex kuntent bit-tattika li qed juża’ l-coach Thomas Tuchel, filwaqt li wera d-dispjaċir tiegħu għal mod kif ħalla lill-Inter fis-sajf li għadda.
L-attakkant ta’ 28 sena qal li ma Inter hu rnexxielu jsalva l-karriera tiegħu filwaqt li wera x-xewqa li jirritorna man-neroazzuri fil-futur. B’reazzjoni għal dan, Tuchel ħallih barra mill-iskwadra għall-partita importanti kontra Liverpool, minkejja li Chelsea jinsabu mingħajr diversi players minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 kif ukoll minħabba diversi injuries.
//= $special ?>