Kyle Schembri, raġel ta’ 32 sena, resident is-Xewkija ġie kkundannat sentejn ħabs hekk kif is-Sibt l-ewwel ta’ Jannar, l-akkużat ammetta li wettaq serqa minn pompa tal-Petrol f’Ħal Għaxaq.
Ir-raġel quddiem il-Magistrat Marse-Ann Farrugia ammetta li seraq €490 mill-magni tal-pompa tal-petrol u li kkaġuna ħsara fuq il-magni ta’ madwar €2,238. Schembri ammetta ukoll li saħansitra ma mxiex ma’ diversi sentenzi mogħtija mill-Qorti qabel dan il-każ.
Il-Magistrat waqt dan il-każ irrimarkat li Schembri għandu problema kbira tad-droga u li wera xewqa ġenwina li jindirizza dan il-vizzju mill-faċilita korrettiva ta’ Kordin.
Kien għalhekk li l-akkużat ingħata s-sentenza ta’ sentejn ħabs, filwaqt li l-Qorti ordnatlu jħallas lill-kumpanija imsemmijja l-ammont totali ta’ €2,700
//= $special ?>