L-awtoritajiet li qed jikkalkulaw l-impatt tan-nirien devastanti qalb l-aħrax fl-Istat ta’ Kolorado qed jaħsbu li talanqas tliet persuni li għabu u ma dehrux aktar x’aktarx li tilfu ħajjithom b’kaġun tal-fjammi.
In-nirien kienu mxew minn diversi bliet fejn inqerdu mijiet tad-djar u stabbilimenti tan-negozju, b’eluf ta’ residenti jispiċċaw jaħarbu għal ħajjithom.
U filwaqt li l-ewwel rapporti qalu li ‘ma kien miet ħadd b’miraklu’, l-uffiċjali f’Boulder County, wara, ikkonfermaw li r-rapporti kienu żbaljati u li ‘kien hemm in-neqsin, inkluża mara ta’ 91 sena’.
Ix-Sheriff ta’ Boulder County, Joe Pelle, qal li wieħed mgħandux jittama li n-nies irrappurtati nieqsa se jinstabu ħajjin. Dan meta l-inżul tal-borra fiz-zona ta’ Boulder County kienet qed ittellef it-tfittxija għall-preżunti vittmi tan-nirien.
//= $special ?>