Esperti tas-saħħa lokali jemmnu li l-Omicron possibilment hu l-aħħar varjant tal-COVID-19 li d-dinja se tara… li jfisser li hemm tama li fi żmien qarib se naraw it-tmiem ta’ din il-pandemija li ħarbtet il-ħajja ta’ kulħadd.
Dan ħareġ f’intervisti li saru minn Times of Malta mal-virologu Chris Barbara u l-Kap għall-Kontroll tal-Infezzjonijiet, Michael Borg hekk kif pajjiżna, fl-aħħar ġimgħa, ra l-għola ammont ta’ każijiet tal-COVID mill-bidu tal-pandemija s’issa.
Madanakollu, statistiċi juru li minkejja li l-varjant jinferex b’rata iktar mgħaġġla, dan mhux qed iħalli impatt daqshekk gravi fuq dawk li jaqbadhom… tant li r-rata ta’ pazjenti fl-Isptar Mater Dei baqgħet relattivament baxxa meta tikkunsidra l-ammont ta’ każijiet attivi.
Barbara qal li l-fatt li l-varjant qed jinfirex b’rata daqstant mgħaġġla madwar id-dinja jżid iċ-ċans li l-pandemija tinqered b’rata mgħaġġla wkoll.
Minkejja dan, l-importanza li kull persuna titlaqqam b’mod sħiħ tibqa’ fuq fomm kull professjonist hekk kif mingħajr it-tilqim tal-maġġoranza tal-popli, iċ-ċans li l-pandemija tinqered tkun diffiċli.
//= $special ?>