Wara li tgħaddi s-sena, diversi rapporti jibdew ħerġin biex jevalwaw is-sena li għaddiet.
Permezz ta’ rapport li ħareġ minn ‘Google Trends’ settur f’Google li jevalwa n-nies tad-dinja x’qegħdin ifittxu fuq l-internet u s-sit google sirna nafu liema huma l-aktar kliem li fittex il-poplu Malti fl-aħħar sena.
Skont Google Trends f’Malta matul is-sena 2021, l-aktar ħaġa li ġiet imfittxa kienet informazzjoni dwar il-Covid, bl-aktar kliem miktuba kienu l-vaċċin u ċ-ċertifikat tal-vaċċin. Dan ħareġ wara li diversi familji iddeċidew li minkejja l-pandemija xorta se jsifru u jitilqu ftit mir-rutina ta’ kuljum.
It-tieni l-aktar ħaġa li ġiet imfittxijja kienet l-Ewro 2020 u l-kalendarju ta’ dan il-kampjonat, bi tfittxija fuq dan is-suġġett jintensifika hekk kif l-Ingilterra u l-Italja ġew biex jilgħabu kontra xulxin għal finali ta’ dan il-kompetizzjoni.
Fuq livell globali l-aktar ħaġa li ġiet imfittxa matul is-sena 2021 kienet l-Afganistan u l-aħbarjiet u r-rapporti li għadhom ħerġin mill-pajjiż li jinsab taħt il-kontroll tat-Taliban.
It-tieni ħaġa li n-nies madwar id-dinja bdew ifittxu u kitbu l-aktar fuqha din is-sena kien is-Stock Market fi New York u d-diversi investimenti li n-nies jistgħu jagħmlu taħdt pandemija, bl-aktar żewġ stocks imfittxa huma l-AMC, il-GME u d-Dogecoin. Dan filwaqt li l-pandemija tal-Covid tibqa’ fost l-aktar suġġetti mfitxxija min-nies tad-dinja.
Minbarra aħbarijiet globali u finanzjarji, in-nies fittxew ukoll aħabarijiet relatati ma’ ikel, logħob diġitali u atturi, bl-aktar affarijiet imfittxija jkunu l-ikla Birria tacos, il-logħba Popcat u fittxew ukoll dwar l-attur Alec Baldwin, hekk kif dan l-attur għadu qed jiġi investigat wara li allegatament ħadet l-arma li kellu fidu bil-konsegwenza li tmut persuna waqt xena ta’ film.
//= $special ?>