Dubjuż bejn liem “yes-man” jintagħżel, intlaħaq kompromess fil-kurituri tal-Partit Laburista biex Andy Ellul ikun il-magħżul biex jimla s-siġġu battal wara r-riżenja ta’ Silvio Grixti.
Silvio Grixti kien ġie elett fil-Parlament mid-tielet distrett elettorali, iżda mar-riżenja tiegħu, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista sforza lill-kumplament tal-Kandidati fuq id-distrett biex ma jitfgħux isimhom għall-elezzjoni każwali.
Minflok, inbeda eżerċizzju intern biex jintagħżel “yes-man” għal qalb il-Prim Ministru, fosthom oħt martu Alison Zerafa Civelli u l-istess Andy Ellul. Minn dawn, intagħżel Ellul, li fl-elezzjoni ġenerali tal-2017 kien Kandidat Laburista fuq ir-raba’ distrett elettorali.
Dan id-distrett hu fortizza għad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u għalhekk, kollox jindika li Abela ried ieħor minn tiegħu biex iwassal messaġġ dirett lil dak li tellaq miegħu fil-ġlieda għal-Leadership.
Robert Abela injora dak li jridu n-nies – PN
F’reazzjoni għal din l-aħbar, il-Partit Nazzjonalista insista li l-għażla ta’ Andy Ellul biex ikun co-opted fil-Parlament minfok Silvio Griscti, hi konferma ta’ kif jekk ma tkunx ta’ ġewwa ma Robert Abela ma tistax taħdem.
Fi starrija ġie spjegat li illum għandna l-konferma kemm Robert Abela ma jemminx fil-proċess demokratiku u jrid jdawwar lilu nnifsu b’nies li għażel hu u huma iktar leali lejh. Għal darb’oħra Robert Abela injora dak li jridu n-nies.
“Dan hu l-ħames każ li jixhed dan kollu.”
//= $special ?>