Sport Sport Ieħor

Chris Froome jsofri injury oħra

(Ritratt: EPA)

Iċ-ċiklista Chris Froome sofra injury oħra li se tħallih barra għal numru ta’ ġimgħat oħra wara li diġa kien sofra injury aktar kmieni din is-sena. Froome li rebaħ erba’ darbiet it-Tour de France weġġgħa waqt it-taħriġ li kien qed jagħmel bi tħejjija għall-istaġun li ġej.

F’kummenti li ta fuq il-midja soċjali, Froome qal li għall-aħħar 10 t’ijiem kien qed iħoss uġiegħ f’irkopptu fejn issa jidher li weġġgħa t-tendon ta’ rkopptu. Fl-2019 Froome sofra injury serja fejn kien weġġgħa numru ta’ partijiet f’ġismu wara ħabta kerha fir-raba’ stadju tas-Criterium du Dauphine ta’ Franza.