Futbol Sport

Il-kampjonati nazzjonali tal-futbol posposti b’ġimgħatejn

(Ritratt: Martin Agius)

F’laqgħa virtwali tal-Bord tal-Eżekuttiv tal-MFA, ġie deċiż li l-kampjonati nazzjonali kollha jiġu posposti b’ġimgħatejn, bil-partiti jirritornaw fit-22 u fit-23 ta’ Jannar. Wara li ma ntlaħaqx ftehim bejn il-clubs u l-amministrazzjoni tal-MFA dwar it-tkomplija tal-kampjonati, ittieħed vot fost il-membri, bi 13 jivvutaw favur li jkunu posposti l-kampjonati filwaqt li 9 riedu li jitkomplew.

Il-proposta oriġinali tal-membri tal-Malta Professional Football Clubs Association kienet sospensjoni tal-Kampjonat Premier mill-inqas sas-17 ta’ Jannar, meta jkunu jistgħu jidħlu lura anke l-partitarji. Dan fid-dawl taż-żieda qawwija fil-każijiet tal-Covid-19 li ra pajjiżna fl-aħħar ġimgħat.

Intant, minkejja li l-MFA qalet li s-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna mistennija tibqa’ l-istess anke wara s-17 ta’ Jannar, il-clubs xorta waħda iddeċidew li l-kampjonati jirritornaw f’dawn id-dati.