Coronavirus Lokali

Il-PN jappella biex ikunu introdotti self-testing kits

Hekk kif il-każi ta’ Covid-19 qed ikomplu jippersistu b’numri għoljin kuljum, il-Partit Nazzjonalista saħaq li l-Gvern għandu jkun aktar trasparenti fid-deċiżjonijiet li qed jittieħdu. Hemm bżonn li l-Gvern ma jibqax sieket u jħalli pajjiż fil-għama.

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista qal li hu importanti li l-awtoritajiet tas-saħħa jindikaw b’mod ċar liema varjant hu l-aktar dominanti fiċ-ċirkostanzi preżenti, bil-poplu għandu dritt ikun jaf.

Il-Partit Nazzjonalista saħaq li fid-dawl li falliet is-sistema tat-testing u l-contact tracing, għandhom b’mod regolat jiġu introdotti self-testing kits. B’hekk biss tista’ tittaffa l-problema li ġab il-Gvern b’nuqqas ta’ ppjanar serju.

Il-Partit Nazzjonalista tenna l-appell għal aktar trasparenza mill-Gvern, kemm fid-deċiżjonijiet li qed jieħu l-Gvern u anke fil-mod kif qed jadotta l-istrateġija biex tkun miġġielda l-pandemija.