Internazzjonali

Ir-Renju Unit: L-isptarijiet taħt pressjoni fost il-firxa tal-Covid

File photo dated 7/2/2029 of St Thomas' Hospital in London. A ninth case of coronavirus has been confirmed in the UK after a patient was taken to hospital in south London on Wednesday. PA Photo. Issue date: Wednesday February 12, 2020. Chief Medical Officer for England Professor Chris Witty said the patient was being treated at a specialist NHS centre at Guy's and St Thomas' in London. See PA story HEALTH Coronavirus. Photo credit should read: Dominic Lipinski/PA Wire

Il-Prim Ministru Britanniku Boris Johnson qal li s-servizzi tas-saħħa (NHS) u l-isptarijiet se jiffaċċjaw pressjoni konsiderevoli fil-ġimgħat li ġejjin, minħabba l-ispinta tal-Covid fil-pajjiż.

Intant, il-Gvern se jibqa’ jimplimenta l-miżuri attwali ta’ ‘Pjan B’ fl-Ingilterra waqt li jsegwi l-iżviluppi tas-sitwazzjoni. Minkejja li l-Omicron mhux daqstant b’saħħtu bħall-varjanti (tal-Covid) ta’ qablu, Johnson qal li ‘tkun ġennata’ li wieħed jaħseb li l-pandemija spiċċat.

Ir-rapporti qalu wkoll li l-maġġoranza tal-pazjenti li mardu bil-Covid u li spiċċaw fit-taqsimiet tal-kura intensiva ma kenux ivvaċċinati — b’numru sostanzjali ma jingħatawx il-booster. Dan fost indikazzjonijiet li d-dħul tal-pazjenti fl-isptarijiet kapaċi jonqos fil-ġimgħat li jmiss.

Madankollu il-kelliema għal hospital trust f’Lincolnshire iddikjaraw ‘sitwazzjoni kritika’ minħabba n-nuqqasijiet ta’ staff fis-settur tas-saħħa…Ċirkustanzi dovuti għal ‘sitwazzjonijiet tal-Covid’.