Internazzjonali

Jirriżenja l-Prim Ministru tas-Sudan

Abdalla Hamdok li kien qed imexxi l-Gvern Militari fis-Sudan irriżenja fl-aħħar sigħat.

Huwa ħalla l-kariga tiegħu wara protesti kbar favur id-demokrazija fil-pajjiż. Protesti li ħallew tal-anqas żewġ persuni mejta.

Ir-riżenja tal-Prim Ministru Sudaniż tasal inqas minn xahrejn wara li kien ħa t-tmexxija tal-pajjiż f’idejh. Hu kien iffirma ftehim għat-tmexxija tas-Sudan flimkien mal-Militar tal-pajjiż fl-isfond tal-kolp ta’ Stat fil-25 t’Ottubru li għadda u li kien sfratta t-tranżizzjoni tal-pajjiż għal tmexxija demokratika.

Din l-istess tranżizzjoni li kellha twassal biex ikun hemm demokrazija fil-pajjiż sal-2024 issa tinsab aktar mhedda b’din ir-riżenja.  

Tags