Slovakka residenti San Pawl il-Baħar kellha tittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fil-Pietà
Il-każ seħħ fis-sigħat bikrin tat-TNejn filgħodu, għal ħabta tat-tlieta neqsin kwart ta’ filgħodu, fi Triq ix-Xatt meta gal xi raġuni seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn Korean ta’ 40 sena residenti San Ġwann u vettura misjuqa minn Somalu ta’ 33 sena residenti l-Fgura.
Passiġġier mal-Korean kien hemm il-vittma ta’ 30 sena.
Fil-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħa lill-mara u lis-Somalu l-isptar għal aktar kura fejn l-Islovakka ġiet iċċertifikata li ġarbet ġrieħi gravi filwaqt li l-kundizzjoni tar-raġel għadha pendenti.
//= $special ?>