Internazzjonali

Mauritius:  Tinstab tarbija abbandunata f’toilet ta’ ajruplan

Ħaddiema f’ajruport ta’ Mauritius sabu tarbija – tifel –abbandunata f’landa tal-iskart f’wieħed mit-toilets ta’ ajruplan. Intant, il-pulizija arrestaw mara ta’ 20 sena mill-Madagascar li hi suspettata b’li welldet lit-tarbija waqt titjira lejn il-pajjiż.

L-ajruplan inkwistjoni,  tal-Air Mauritius, kien niżel fl-ajruport internazzjonali ta’ Sir Seewoosagur Ramgoolam, fl-Ewwel ta’ Jannar. L-uffiċjali tal-ajruport imbagħad sabu lit-tarbija waqt tfittxija ta’ rutina fuq l-ajruplan. Intant, it-tarbija ttieħdet l-isptar b’urġenza għal trattament, bil-passiġġieri li kienu fuq l-ajruplan jispiċċaw interrogati kollha mill-pulizija.