L-istabbiliment Vini e Capricci, li jinsab f’Għawdex, ingħata premju prestiġġjuż mill-Consorzio Del Vino Brunello Di Montalcino għall-ispeċjalizzar tiegħu fl-inbid u prodotti oħrajn tal-ikel.
Għall-imprenditur Abraham Said, dan hu unur għal dawk kollha involuti fl-istabbiliment, iżda anke għal pajjiżna – u għall-gżira Għawdxija – li issa tinsab ukoll fuq il-mappa tal-konsorzju internazzjonali.
Fil-fatt, il-Consorzio Del Vino Brunello Di Montalcino hu magħmul minn 200 produttur ta’ esperjenza fil-produzzjoni tal-inbid aħmar tat-tip Brunello fir-reġjun Taljan ta’ Toscana.
L-unur mirbuħ din is-sena minn Vini e Capricci, fis-snin li għaddew intrebaħ minn stabbilimenti kbar f’Londra u fil-Ġermanja, iżda anke fil-Ġappun u fl-Istati Uniti, fost oħrajn.
//= $special ?>