Id-difensur Brażiljan ta’ Chelsea Thiago Silva għażel li jġedded il-kuntratt tiegħu b’sena oħra sa tmiem l-istaġun li ġej. S’issa Silva lagħab 22 partita għal Chelsea fejn fost l-oħrajn kien parti mit-tim li f’Mejju li għadda għeleb lil Manchester City fil-finali tal-UEFA Champions League.
Silva rnexxielu wkoll jiskorja erba’ darbiet mat-tim ta’ Thomas Tuchel. F’kummenti mas-sit uffiċjali ta’ Chelsea, Silva qal li huwa ta’ pjaċir kbir tiegħu li ġedded ma’ Chelsea. F’Ottubru li għadda, Silva rnexxielu wkoll jilgħab il-100 partita tiegħu mal-Brażil.
Intant numru ta’ clubs minn madwar l-Ewropa, fosthom Juventus, PSG, Real Madrid u Bayern Munich kollha bdew diskussjonijiet mad-difensur Ġermaniż ta’ Chelsea Antonio Rudiger. Fi tmiem l-istaġun, Rudiger jintemmlu l-kuntratt tiegħu ma’ Chelsea u minn dan ix-xahar il-player jista’ jibda diskussjoniet ma’ kwalunkwe club dwar il-futur tiegħu.
//= $special ?>