Żagħżugħa minn Santa Venera kellha tittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fil-Mosta.
Il-każ seħħ it-Tnejn filgħodu għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħodu fi Triq Durumblat meta għal xi raġuni l-vittma ta’ 23 sena tilfet il-kontroll tal-vettura bil-konsegwenza li l-karozza kellha impatt ma ħajt.
Fil-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħa liż-żagħżugħa l-isptar għal aktar kura.
Il-kundizzjoni tat-tfajla għadha mhux magħrufa.
//= $special ?>