Sport Sport Ieħor

Andy Murray jirritorna b’telfa kontra Facundo Bagnis

(Ritratt: EPA)

Il-Brittaniku Andy Murray kien megħlub minn Facundo Bagnis fir-ritorn tiegħu fl-ewwel round tal-Melbourne Summer Series. Murray wettaq diversi żbalji matul il-partita, b’Bagnis joħroġ rebbieħ 6-3 5-7 6-3. Murray kien kunfidenti li se jkollu prestazzjonijiet tajba f’dan it-turnament, hekk kif f’Diċembru wasal sal-finali ta’ turnament ta’ esebizzjoni f’Abu Dhabi, fejn kien megħlub fil-finali minn Andrey Rublev.

Intant, Murray se jkun qed jirritorna fl-Open tal-Awstralja wara nuqqas sentejn, wara li ngħata wildcard biex jipparteċipa fl-ewwel Grand Slam tas-sena.

Sadanittant, l-Awstraljan Nick Kyrgios mhux se jkun qed jieħu sehem fil-Melbourne Summer Series minħabba l-asthma, hekk kif qed jittama li jkun fiżikament tajjeb biex jikkompeti fl-Open tal-Awstralja aktar tard dan ix-xahar.