Il-Biljunarju Serb Dragan Solak xtara l-club ta’ Southampton fl-Ingilterra għall £100 miljun. Solak huwa l-fundatur tal-kumpanija United Group, li toffri servizzi ta’ cable għat-televiżjoni, bil-kumpanija stmata li trendi £1.67 biljuni f’introjtu fis-sena.
B’dan il-ftehim, l-imprenditur Ċiniż Gao Jisheng mhux se jibqa l-majority shareholder fil-club, b’Solak mistenni jkollu l-maġġoranza tal-kontroll tal-club f’idejh. Southampton jinsabu fl-14-il post tal-klassifika b’21 punt fejn rebħu biss erba’ partiti dan l-istaġun.
//= $special ?>