Coronavirus Lokali

Covid-19: Imut raġel; 1,147 każ ġdid

Fl-aħħar sigħat tħabbar li raġel ta’ 65 sena tilef ħajtu kawża tal-Covid-19.

Dan filwaqt li fl-aħħar 24 siegħa nstabu 1,147 każ ġdid filwaqt li fiequ 285.

B’hekk, il-każ attivi huma ta’ 14,121.

Mill-bieraħ għal-lum żdiedu żewġ persuni fl-Isptar Mater Dei biex b’hekk it-total ta’ pazjenti huma 124. Ħamsa minnhom jinsabu rikoverati fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Intant, il-Ministru tas-Saħħa ħabbar li madwar 67% tal-każijiet f’pajjiżna huma tal-varjant Omicron.

L-appell minn esperti fis-saħħa jibqa’ wieħed – dak ta’ importanza li wieħed jitlaqqam bil-booster biex id-dinja tkun tista’ tirbaħ il-battalja kontra l-pandemija.