Fi stqarrija, Il-Kamra tal-Kummerċ qalet li d-direttivi li ħarġu l-UĦM Voice of the Workers dwar il-ġenituri li jaħdmu se jkunu qed iħallu riperkussjonijiet fuq is-settur privat.
Il-Kamra tal-Kummerċ qalet li ma jistgħux jittieħdu azzjonijiet unilaterali bħal dawn. Żiedet li l-unions għandhom jingħaqdu flimkien fis-sejħa biex jittieħdu deċiżjonijiet addattati mill-Gvern ħalli jħallu l-inqas impatt kemm fuq il-postijiet tax-xogħol u anke fuq l-iskejjel b’rabta tal-pandemija. Dan biex b’hekk ma jkunx hemm effetti daqstant negattivi kemm fuq it-tfal u anke fuq il-ħaddiema.
Il-Kamra tal-Kummerċ appellat lill-awtoritajiet edukattivi biex jinstabu soluzzjonijiet li jagħmlu sens sakemm jibqgħu fis-seħħ il-miżuri dwar l-iskejjel.
//= $special ?>