Coronavirus

Il-Parlament Franċiż maqsum; ebda deċiżjoni dwar l-obbligu tal-vaċċin biex tidħol f’ristorant jew ċinema

Is-sessjoni li saret ilbieraħ fil-Parlament ta’ Franza kellha tintemm ħesrem wara li l-membri Parlamentari Franċiżi ma qablux bejniehom dwar l-inrtroduzzjoni tal-obbligu taċ-Ċertifikat tal-Vaċċin biex wieħed juża t-trasport pubbliku jew jidħol f’ristorant.

Id-dibattitu fuq dan l-Avviż Legali kontroversjali kellu jieqaf ħabta u sabta wara li l-gruppi politiċi fl-Oppożizzjoni u l-membri tal-Gvern ma qablux bejniethom fuq l-impożizzjoni taċ-Ċertifikat. Bis-seduta, li kienet waħda mimlija tensjoni, kellha tieqaf eżatt wara nofs il-lejl.

Il-Gvern Franċiż irid li biex tidħol f’ristorant, ċinema jew tuża ferrovija – trid bilfors turi li int imlaqqam. Iżda din il-mossa ma tantx niżlet tajjeb mal-Franċiżi.

Dan l-Avviż Legali jeħtieġ l-approvazzjoni kemm tal-Assemblea Parlamentari kif ukoll tas-Senat Franċiż qabel isir liġi.