Hekk stqarr id-dekan tal-Fakultà tas-Social Wellbeing Andrew Azzopardi, hekk kif aktar kmieni llejla kkumenta rigward il-qtil riċenti ta’ Paulina Dembska, li xxukjat kemm lill-poplu Malti, kif ukoll lill-komunità Pollakka li tgħix f’Malta.
Andrew Azzopardi saħaq li dan il-qtil salvaġġ fuq l-istudenta Pollakka, qed jkompli juri kemm hawn nuqqas ta’ ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fi ħdan il-poplu Malti.
Azzopardi kompla biex jgħid li f’dan il-mument ferm diffiċli, kemm hu, kif ukoll l-Fakulta tas-Social Wellbeing qiegħda turi solidarjetà kemm mal-familja tal-vittma, kif ukoll ma’ dawk il-vuċijiet kollha li qiegħdin jitolbu sabiex issir xiħaġa b’mod immedjat sabiex jitwaqqafu dawn it-tip ta’ qtil u aggressjoni kontra n-nisa.
Azzopardi ddikjara li fi ħdan il-bibien tal-fakulta qiegħdin isiru diversi attentati sabiex każijiet bħall-qtil ta’ Paulina jiġu investigati u evalwati, bl-għan li sa fl-aħħar jibdew jingħataw r-rakkomandazzjonijiet neċessarji sabiex dawn it-tip ta’ każijiet jsiru xiħaġa tal-passat.
Dan filwaqt li l-Andre Azzopardi qiegħed jitlob lill-awtoritajiet Maltin biex jagħmlu aktar u jieħdu l-passi neċessarji sabiex tinbidel l-attitudni, t-twemmin u l-għaġir tal-poplu Malti fuq in-nisa.
Skont Azzopardi, dan jista jsir b’tagħlim u programmi edukattivi, bl-għan li l-komunita’ Maltija mhux talli tkun edukata fuq is-suġġett, talli tkun kapaċi tieħdu l-azzjoni neċessarja biex fil-futur tippreveni qtil ta’ dan it-tip.
Andrew Azzopardi saħaq li każijiet bħal ta’ Paulina huma każijiet ċari fejn id-drittijiet u d-dinjita umana ta’ dawn in-nisa ġiet miksura u mkasbra filwaqt li saħaq l-importantanza li l-poplu Malti jingħaqad biex jitwaqqfu dawn it-tip ta’ delitti.
//= $special ?>