Lokali

“Is-sigurtà fil-komunità għandha tkun dritt bażiku” – Is-Sindku ta’ Tas-Sliema

“Minkejja li ġejna mwiegħda li Tas-Sliema jkollha l-Community Policing, snin wara, ir-residenti għadhom bla serħan il-moħħ fid-dawl ta’ rata għolja fil-kriminalità.”

Kien dan li saħqet is-Sindku ta’ Tas-Sliema, Graziella Attard Previ fid-dawl tal-qtil makabru li seħħ fl-Ewwel tas-Sena fi Ġnien l-Indipendenza.

Hi qalet li din it-talba qed issir biex tiżdied is-sigurtà u l-għajnuna għall-komunità. Dan hekk kif il-lokalità ta’ Tas-Sliema hi waħda mill-ikbar komunitajiet li hawn f’pajjiżna filwaqt li tilqa’ numru kbir ta’ turisti u studenti, fost oħrajn.

Fid-dawl ta’ dan, Attard Previ saħqet li l-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema għandu jkun minn ta’ quddiem biex jingħataw l-iskema tal-Community Policing. Minkejja li lura fl-2020 kienu bagħatu għall-Kunsill Lokali biex jitkelmu dwarha din l-iskema, sena wara din il-wegħda baqgħu ma semgħu xejn dwarha.