Iktar minn terz tal-każijiet tal-Covid-19 f’pajjiżna nstabu li huma tal-varjant Omicron. Dan tħabbar mill-Ministru tas-Saħħa, Chris Fearne permezz ta’ tweet fejn ikkonferma li madwar 67% huma ta’ dan il-varjant.
Esperti tas-saħħa lokali jemmnu li l-Omicron possibilment hu l-aħħar varjant tal-Covid-19 li d-dinja se tara… li jfisser li hemm tama li fi żmien qarib se naraw it-tmiem ta’ din il-pandemija li ħarbtet il-ħajja ta’ kulħadd.
Madanakollu, kull espert qed jisħaq dwar l-importanza li biex id-dinja tgħeleb il-battalja kontra l-pandemija, kull persuna għandu jitlaqqam bid-doża tal-booster.
Il-firxa tal-Omicron hi meqjusa bħala ferm iktar b’saħħitha mill-varjant ta’ qabel, id-Delta, tant li fuq medja, każ wieħed tal-Omicron kapaċi jinfetta mill-inqas tliet persuni.
Fortunatament, minkejja li l-firxa tal-Omicron hi ferm iktar b’saħħitha, tant li Malta, bħal ħafna pajjiżi oħra, irreġistraw numru rekord ta’ każijiet, is-sintomi li wieħed ikollu minn dan il-varjant mhumiex daqstant qawwijin daqs varjanti oħra.
//= $special ?>