Lokali

L-MEA qed tgħid li min ma jitfaċċax għax-xogħol jiġi kkunsidrat bħala ‘unpaid leave’

L-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem ħarġet direttiva lill-membri tagħha sabiex il-ħaddiema kollha li ma jmorrux għax-xogħol mingħajr ebda awtorizzazzjoni mill-imgħallem tagħhom, dan jitqies bħala unpaid leave.

L-MEA qalet li li hija prerogattiva ta’ min iħaddem li jiddeċiedi jekk il-ħaddiema jaħdmux mid-dar jew imorru fuq il-post tax-xogħol.

Fl-aħħar jiem diversi ħaddiema kienu mħassba dwar is-sitwazzjoni tal-pandemija f’pajjiżna tant li ienu ħafna dawk li stqarrew li jkun iktar sigur li jaħdmu mid-dar. Dan anke fid-dawl tal-posponiment tal-ftuħ tal-iskejjel.